Il-kontijiet fuq siti soċjali bħal Instagram, Twitter, LinkedIn u Pinterest ta’ Mark Zuckerberg, il-fundatur tal-Facebook, kienu fil-mira tal-hackers il-Ħadd li għadda u għal xi mument ħadu l-kontroll tagħhom.
Ir-responsabbiltà ta’ dan l-attakk ittieħdet mill-grupp Ourmine, li għandu madwar 40,000 segwaċi fuq Twitter, għalkemm l-istess Zuckerbeg kien ilu ma juża l-kont tiegħu fuq Twitter mill-2012.
Jidher iżda li s-sistema tas-siġurtà tal-Facebook evitat li l-ħallelin jidħlu fil-kont tal-Instagram ta’ Zuckerbeg. L-Instagram hu prorpjetà tal-Facebook.
Is-sid ta’ Facebook fil-mira ta’ hackers


