Filmat: Jisraq basket ta’ ħaddiem minn vann

Raġel inqabad f’filmati ta’ kamera tas-sigurtà jisraq basket ta’ ħaddiem minn fuq is-sit ta’ quddiem ta’ vann tad-deliveries.

Il-każ seħħ madwar ġimgħatejn ilu, fl-24 ta’ Mejju, għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu. Ir-raġel jidher għaddej minn ħdejn il-vann, li kellu t-tieqa mniżżla, iħares fuq ġewwa u jinnota li kien hemm il-basket.

Dak il-ħin ir-raġel ma għamel xejn, qabel reġa’ bdielu u dar lura biex jieħu l-basket ftit sekondi biss wara. hu jidher jaħbi dan il-basket żgħir fil-qmis aqabel telaq mill-post.

Il-basket hu propjetà ta’ ħaddiem li kien passiġġier fil-vann. Ironikament dan kien ilu biss 30 sekonda li niżel mill-vann biex daħal f’ħanut.

Min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ hu mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke jekk b’mod kunfidenzjali.