Mark Anthony Borg, Ingliż ta’ 48 sena li jgħix f’Malta, inżamm arrestat sakemm nhar it-Tnejn li ġej tinqata’ s-sentenza tiegħu.
Dan wara li kien akkużat li f’żewġ każi separati, fit-13 u fis-16 ta’ Mejju, ipprova jisraq minn stabbiliment.
L-ewwel darba r-raġel irnexxielu jaħrab mill-post b’€600 fi flus kontanti, iżda t-tieni darba nżamm minn impjegat tal-ħanut qabel irnexxielu jaħrab.
Fiż-żewġ episodji, ir-raġel kien armat, l-ewwel b’mannara imbagħad b’sikkina. Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, l-akkużat wieġeb li hu ħati, l-istess kif għamel immedjatament wara li ġie arrestat, fejn ikkopera mal-Pulizija.
Jirriżulta li hu daħal jisraq biex ilaħħaq mal-ispejjeż tal-vizzju tad-droga, tant li l-Prosekuzzjoni talbet li r-raġel jiġi ordnat jattendi għal programm ta’ riabilitazzjoni. L-akkużat kien diġa wera x-xewqa li jagħmel dan.
//= $special ?>

