Raġel ta’ 30 sena mill-Ghana weġġa’ gravi wara li dalgħodu waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq The Ball f’San Giljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu meta r-raġel għal xi raġuni waqa’. Mmedjatament ssejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar u li aktar tard kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi, iżda ma jinsab fil-periklu tal-mewt.
//= $special ?>

