Sarah Madeleine Caruana ta’ 41 sena minn San Pawl il-Baħar inżammet arrestata wara li ntlemħet titlajja bi skop ta’ prostituzzjoni.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħaxija fil-Marsa. Hi ċaħdet l-akkużi kontriha, bid-difiża titlob li ma tinżammx arrestata għaliex qalet li b’hekk is-sitwazzjoni tagħha tkompli tiggrava.
Madankollu fil-Qorti ġie nnutat li riċentament il-mara nstabet ħatja ta’ akkużi oħra, u b’dan l-aħħar każ kisret il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni talbet biex l-akkużata tiġi megħjuna u tattendi programm matul iż-żmien tal-arrest.
//= $special ?>
