Lokali

Arrestati wara li riedu jittraffikaw 20 kilogramma droga lejn Malta

Fl-Italja kompla l-każ ta’ Antonio Bonafede, Salvatore Mau u Antonio Genova li fid-29 t’April li għadda ġew arrestati mill-Pulizija ta’ Pozzallo eżatt qabel telgħu fuq il-katamaran lejn Malta b’madwar 20 kilogramma droga.

Fl-aħħar jiem l-avukati ta’ Bonafede, li ironikament fiż-żmien tal-arrest kien kunsillier ta’ Sirakuża, ressqu rikors biex jippruvaw jiksbu l-ħelsien mill-arrest tal-assistit tagħhom.

Fl-akkużi jissemma’ kif it-tliet akkużati kellhom 16-il kilogramma marijuana u erba’ kilogrammi ta’ ħaxixa meta nqabdu mill-Pulizija fil-Port ta’ Pozzallo. Jirriżulta li huma kien ilhom jiġu segwiti sa minn purnata qabel.

Minn dak iż-żmien, Bonafede ilu jinżamm arrestat f’daru filaqt li ġie sospiż mill-Partito Democratico kif ukoll mill-kunsill komunali li tiegħu kien membru.