Lokali

Bżonn ta’ soluzzjoni dejjiema u effettiva wara r-rapport tal-Caritas

Il-UĦM Voice of The Workers tat ir-reazzjoni tagħha għar-rapport tal-Caritas, li jitratta l-bżonnijiet tal-familji biex dawn ħajja diċenti.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Union qalet li l-paga minima hi l-ewwel pass fl-iskala għal dawk li jibdew jaħdmu u m’għandhomx ħiliet jew kwalifiki li jippermettu biex jingħataw paga ogħla minn dik minima.

Issostni wkoll li ma tqisx il-paga minima bħala paga dejjiema għal dawn il-ħaddiema u għalhekk wieħed għandu jibda jikkunsidra l-‘living wage’, li tkun tkopri l-bżonnijiet bażiċi.

Kien spjegat ukoll li s-soluzzjoni dejjiema u effettiva hi l-politika ta’ suq tax-xogħol attiv, fejn titfassal politika mmirata għaż-żgħażagħ bla kwalifiki u taħriġ kontinwu matul il-ħajja tax-xogħol.

Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella qal li hemm bżonn li l-Gvern jippubblika l-Household Budgetry Survey għax l-aħħar wieħed ippubblikat hu dak tal-2008, bir-realtajiet tas-suq tax-xogħol inbiddlu ħafna minn dak iż-żmien ‘l hawn.