Internazzjonali

Estradat lejn l-Italja kap ewlieni tat-traffikanti fil-Mediterran

epa05351113 An undated handout photograph made available by the British National Crime Agency (NCA) on 08 June 2016 showing Mered Medhanie, a 35-year-old Eritrean. The NCA report on 07 June that Mered Medhanie, was apprehended by an investigation team from the Sudanese National Police on 24 May after the National Crime Agency tracked him down to an address in the El Diem area of Khartoum. The capture of Medhanie, who was wanted by the Italian authorities, can be reported now that he has been successfully extradited to Italy. He arrived at Rome Airport in the evening of 07 June 2016 and will appear before a judge within the next 24 hours. Italian prosecutors say Medhanie, who is known as ?The General? because he styled himself on former Libyan dictator Muammar Gaddafi, is responsible for the Lampedusa tragedy, where 359 migrants died when the boat, travelling from Libya, capsized., and is the mastermind behind a major criminal organisation responsible for smuggling thousands of migrants from the Middle East and Africa into Europe. EPA/NATIONAL CRIME AGENCY / HANDOUT BEST QUALITY AVAIABLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Medhane Yehdego Mered, raġel ta’ 35 sena mill-Eritreja, kien estradat lejn l-Italja mis-Sudan. Mered jitqies bħala wieħed mill-kapijiet ewlenin tat-traffikanti tal-immigranti bejn il-Libja u l-Ewropa u kien qed ikun imfittex mill-awtoritajiet Taljani minħabba l-mewt ta’ immigranti waqt dawn il-vjaġġi.
Mered kien arrestat f’Mejju fis-Sudan u kontrih kien hemm mandat ta’ arrest internazzjonali mill-Interpol. Din kienet l-ewwel darba li nqabad kap tat-traffikanti u kien estradat lejn l-Ewropa biex jgħaddi proċess.
Apparti Mered, fit-tmexxija ta’ dan il-grupp hemm ukoll raġel mill-Etjopja, Ghermay Ermias, li għadu mfittex.
Fil-ħidma biex ikun arrestat Mered, ipparteċipat ukoll in-National Crime Agency tar-Renju Unit. Mered jitqies bħala responsabbli għall-mewt ta’ 359 immigranti barra l-gżira Taljana ta’ Lampedusa fl-2013.
Skont Calogero Ferrara, il-prosekutur Taljan li qed imexxi l-każ, minn kull vjaġġ ta’ 600 persuna li kien jorganizza Mered, hu kien idaħħal bejn 800,000 u miljun ewro.