“Il-libertà tal-espressjoni hi l-aqwa garanzija kontra l-abbuż tal-poter”. Hu dan l-argument tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif kompla jinstema’ l-Mandat ta’ Inibizzjoni kontra t-tneħħija tal-billboards politiċi wara Avviż Legali tal-Gvern.
Il-Partit Nazzjonalista qed jargumenta li t-taxxa ta’ 1,500 ewro għal kull billboard, li trid titħallas kull sena, hi waħda projbittiva. Ma’ dawn trid tiżdied ukoll somma ta’ darba li tammonta għal 40,000 ewro.
Fid-dawl ta’ dan, jekk il-Qorti tirrifjuta l-Mandat tal-Partit Nazzjonalista, tkun ikkundannat ukoll lill-partiti ż-żgħar, li ma jifilħux iħallsu somom eżorbitanti bħal dawn biex imantnu l-billboards tagħhom u jwasslu l-messaġġ politiku.
Għall-kuntrarju, il-Gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu bir bla qiegħ u jista’ jonfoq kemm irid flus biex jirreklama l-messaġġ tiegħu matul is-sena kollha, kif fil-fatt qed jagħmel.
Dan iwassal għal ksur tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, filwaqt li l-Oppożizzjoni tkun serjament preġudikata.
L-Avukati Karol Aquilina u Jason Azzopardi qed jidhru għall-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>