Hillary Clinton issa saret l-ewwel mara li se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni għal President tal-Istati Uniti.
Dan wara li irnexxielha tikseb l-ammont ta’ delegati meħtieġa biex tikseb in-nomina tal-Partit Demokratiku ħalli issa jkun hemm konfront mar-Repubblikan Donald Trump f’Novembru. B’kollox, hi rebħet erba’ mis-sitt elezzjonijiet interni li saru fl-Istati Uniti nhar it-Tlieta – Kalifornja, New Jersey, South Dakota u New Mexico.
Min-naħa l-oħra, Bernie Sanders, il-kandidat l-ieħor Demokratiku li kien qed jikkontesta n-nomina, ma kkonċediex it-telfa u qal li kien se jkompli jikkontesta l-elezzjonijiet interni.
L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Istati Uniti s’issa qed jagħti lil Clinton bħala favorita għalkemm l-elettorat Amerikan la hu kuntent ħafna biha u lanqas bi Trump. Clinton hi kemxejn kandidat kontroversjali minħabba xi skandli li kienet imdaħħla fihom kif ukoll għaliex hi assoċjata mal-poter tradizzjonali minħabba żewġha, l-eks Presdient Bill Clinton.
Hillary Clinton titniżżel fl-istorja
