Lokali

Il-Ministru tat-Turiżmu jiltaqa’ mar-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-Air Malta

Il-Ministeru tat-Turiżmu għamel laqgħa ta’ informazzjoni u konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema tal-Air Malta.

Matul din il-laqgħa, li attenda għaliha wkoll il-Management kollu tal-Air Malta, saret preżentazzjoni dwar il-Memorandum of Understanding iffirmat mal-Alitalia.

Matul il-preżentazzjoni, ġiet spjegata l-qagħda finanzjarja attwali tal-Air Malta, dak li qed jiġri bħalissa fl-Air Malta, in-negozjati ma’ sieħeb strateġiku, kif ukoll il-viżjoni fit-tul tal-Gvern għal-linja tal-ajru nazzjonali.

Ġie miftiehem li se jsiru laqgħat oħra fil-ġimgħat li ġejjin, fejn tingħata aktar informazzjoni lill-ħaddiema dwar dak li jkun għaddej.