Il-Pulizija fil-belt Pakistana ta’ Lahore arrestaw lil mara ssuspettata li qatlet lil bintha billi ħarqitha ħajja.
Dan għaliex bintha kienet daħlet fiż-żwieġ mingħajr il-kunsens tal-familja.
Il-Pulizija sabu l-katavru ta’ Zeenat Rafiq marbut ma’ sodda; hija nksiet bil-fuel u ngħatat in-nar. Intqal ukoll li l-katavru kellu sinjali ta’ tortura.
Il-Pulizija qalu li ommha, Parveen, ikkonvinċietha tmur lura d-dar biex tkellimha, iżda l-iskop veru kien li toqtolha. Il-Pulizija issa qed tfittex lil ħuha Rafiq, għaliex hu ssuspettat li kellu x’jaqsam fil-qtil ta’ oħtu.
Dan kien it-tielet każ simili fil-Pakistan f’anqas minn xahar.
Il-PAKISTAN: Qatlet lil bintha billi ħarqitha ħajja
