Il-Parlament Ewropew waqqaf il-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-Panama Papers.
Fin-negozjati għat-twaqqif tal-Kumitat, il-Partit Popolari Ewropew (PPE) talab biex isir Reġistru tas-sidien tal-kumpaniji sigrieti li hemm fil-Panama. Burkhard Balz, il-Membru tal-Parlament Ewropew li mexxa n-negozjati għall-PPE, qal li jrid jelimina s-segretezza dwar min għandu kumpaniji ta’ dan it-tip.
Il-kelliem għall-PPE saħaq li intraprenditur m’għandux għalfejn jistħi b’dak li jagħmel u għalhekk m’għandux ikun hemm segretezza b’dawn il-kumpaniji. Fost il-miri tal-Kumitat hemm li Mossack Fonseca u l-Gvern tal-Panama jagħtu x-xhieda tagħhom quddiem il-Parlament Ewropew.
F’dan l-iskandlu internazzjonali, hemm ukoll isem Malta minħabba li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri nqabdu b’kumpanija sigrieta. Issa l-Parlament Ewropew mistenni jlaqqa’ l-ewwel laqgħa ta’ dan il-Kumitat ta’ Inkjesta qabel ma jieqaf għall-waqfa tas-Sajf.
//= $special ?>