Minkejja li rriżenja minn Segretarju Parlamentari, Michael Falzon irnexxielu jżomm l-istess pakkett finanzjarju simili għal dak ta’ Segretarju Parlamentari. Dan kien żvelat mill-ġurnal The Times of Malta, li qal li llum Michael Falzon għandu dħul ta’ €58,167.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-ġurnal żvela li Falzon inħatar Konsulent Legali tal-Grand Harbour Regeneration Project u li għal din il-kariga kien qed jirċievi s-somma ta’ €36,482. Minbarra dan, Michael Falzon qed idaħħal ukoll l-Onorarja ta’ Membru Parlamentari, li tammonta għal €21,685.
Michael Falzon għadu mhux qed jgħid jekk għadux fis-seħħ l-arranġament speċjali li kellu mal-Bank Of Valletta għal irtirar kmieni. Hu kellu jirrizenja mill-Kabinett ta’ Joseph Muscat wara rapport iebes li sar fuq il-ħidma tas-Segretarjat li kien imexxi fl-eqqel tal-iskandlu Gaffarena.
//= $special ?>