Sewwieq ta’ mutur ta’ 55 sena minn Ħal-Qormi sofra ġrieħi gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq l-Istabal, fil-Marsa, meta s-sewwieq li kien fuq mutur tat-tip Piaggio Vespa ntlaqat minn Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa u aktar tard kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>