F’Ġunju se jkun hawn żewġ aircraft carriers Amerikani jbaħħru fil-Mediterran. Dan hekk kif l-Istati Uniti qed tipprova żżomm preżenza qawwija quddiem l-attività militari u tħaffef il-ġlieda kontra l-ISIS.
Il-USS Dwight D. Eisenhower se tieħu post il-USS Harry S. Truman, li se tbaħħar lura lejn l-Istati Uniti wara tmien xhur ta’ attività.Dan fl-istess ħin li bdiet tbaħħar lejn il-Mediterran il-USS Dwight D. Eisenhower diretta lejn iz-zona tal-Mediterran.
Dan fl-istess ħin li fil-Lvant tal-Ewropa u t-Turkija se jkunu qed isiru manuvri militari kbar organizzati min-NATO. Din l-attività aktarx se tqanqal tensjoni mar-Russja li l-Istati Uniti tgħid issa għandha bastimenti tal-gwerra u sottomarini fil-Mediterran, u fil-ġimgħat li ġejjin se torganizza manuvri militari f’dawn l-inħawi.
Tissaħħaħ il-preżenza militari Amerikana fil-Mediterran
