Awstrijak ta’ 55 sena sofra feriti gravi iżda fortunatament ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kien involut f’inċident bejn żewġ jet-skis fl-inħawi tal-Qawra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm meta kien hemm l-impatt bejn il-jet-ski tal-Awstrijak u jet-ski ieħor, misjuq minn Ġermaniż ta’ 38 sena.
Fil-post issejħu membri tas-Soċjetà Red Cross, li għenu lir-raġel biex jittella’ fuq l-art. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi. Il-Ġermaniż ma sofra l-ebda feriti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>