L-eks Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, fil-jiem li ġejjin, irid jgħaddi minn kirurġija tal-qalb wara li sofra attakk tal-qalb li seta’ swielu ħajtu.
It-tabib ta’ Berlusconi, Alberto Zangrillo, qal lill-ġurnalisti li l-eks Prim Ministru, li għandu 79 sena, se ssirlu operazzjoni il-ġimgħa d-dieħla biex ‘jitranġalu difett speċifiku f’qalbu’. Sadanittant, il-Partit Forza Italia ta’ Berlusconi qal li l-kundizzjoni tal-eks Prim Ministru ‘mgħandhiex tkun lok għall-inkwiet’.
Intant, Zangrillo ammetta li l-politiku kien ittieħed l-isptar ‘fi stat ħażin’ u tenna li ‘Berlusconi kien jaf li kien qiegħed jissogra ħajtu’. Dan wara li Silvio Berlusconi, negozjant biljunarju, kien ittieħed l-isptar, f’Milan, għal testijiet relevanti, aktar kmieni fil-ġimgħa.
//= $special ?>