Sottomarin Russu kien interċettat mir-Royal Navy waqt li kien miexi fid-direzzjoni tal-Kanal Ingliż.
Is-sottomarin kien eskortat mill-frejgata HMS Kent lejn il-Fliegu ta’ Dover.
Is-Stary Oskol, sottomarin tal-Kilo-class li kapaċi jġorr il-missili cruise u t-torpedoes, intlemaħ għall-ewwel darba fil-Baħar tat-Tramuntana fejn il-qawwiet tan-NATO għaddejjin b’missjonijiet għall-moniteraġġ taz-zona.
Il-Ministeru tad-Difiża Britanniku,qal li s-sottomarin Russu kellu jkompli jkun segwit mill-frejgata.
Interċettat sottomarin tar-Russja ħdejn il-kosta Ingliża
