Ir-residenti ta’ Wied il-Għajn għadhom ma rċevewx il-ħlas tal-kumpens mingħand il-WasteServ kif kienu qegħdin jirċievu fis-snin ta’ qabel.
Id-dewmien fl-għoti tal-kumpens lil dawn ir-residenti tqajjem fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici, bil-Ministru responsabbli, Jose Herrera, jikkonferma dan u jgħid li ċ-ċekkijiet ser jitqassmu fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Carm Mifsud Bonnici staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, jindika wkoll kemm hemm persuni intitolati, u kemm qiegħed komplessivament jitħallas f’kumpens.
Il-Ministru Herrera qal li skont l-informazzjoni provduta mill-ARMS, il-persuni intitolati jammontaw għal ftit iktar minn 16,000 persuna u l-ammont huwa stmat li jiswa madwar €295,000.
Dan il-kumpens kien introdott minn Gvern Nazzjonalista wara li l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Wied il-Għajn beda jipproduċi l-enerġija mill-iskart.
//= $special ?>