Il-President Emeritus u eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami sarlu intervent mediku relatat ma’ kundizzjoni tal-qalb.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, iben il-President Emeritus, qal li dan l-intervent kien skedat u issa jinsab f’kundizzjoni tajba.
Beppe Fenech Adami kien ikkwotat jgħid li wara l-intervent, hu qed jinżamm rikoverat fis-Sala fl-Isptar Mater Dei. Hu mistenni li joħroġ mill-Isptar fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>