Internazzjonali

L-ISIS f’Sirte taħt assedju

Qawwiet Libjani avvanzaw sew lejn Sirte, li ilha x-xhur fortizza ewlenija għall-ISIS fil-Libja, fost rapporti li dawn il-qawwiet huma biss ‘xi kilometri ‘il bogħod’ miċ-ċentru tal-belt.
Il-qawwiet huma leali għall-Gvern Libjan għall-Għaqda Nazzjonali, li hu appoġġjat min-Nazzjonijiet Uniti, u dawn diġà ħatfu kontroll ta’ pont, f’Sirte u li l-qawwiet Libjani rnexxielhom jaħtfu żewġ kampijiet militari li qabel kienu f’idejn l-ISIS.
Ir-rapporti qalu wkoll li l-qawwiet Libjani f’Sirte, fl-aħħar jiem, ftit sabu reżistenza mill-ġellieda tal-ISIS, iżda hemm theddida sostanzjali mill-bombi li t-terroristi qegħdin iħallu maġenb it-toroq.