Lokali

L-MNPN jiltaqa’ mal-Ambaxxatiriċi Amerikana għal Malta

L-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Kathleen Hill għamlet żjara fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà, fejn iltaqgħet mal-membri tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista.

Waqt il-laqgħa, ġew diskussi r-rwol tal-Moviment fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, il-viżjoni u l-politika tal-Partit Nazzjonalista dwar in-nisa, kif ukoll l-attivitajiet politiċi li l-MNPN jorganizza fuq bażi regolari.

Min-naħa tagħha, l-Ambaxxatriċi Amerikana wriet interess kbir f’dawn l-attivitajiet, b’mod partikolari fil-konferenza li se ssir f’Lulju li ġej dwar ir-rwol tal-mara fil-politika, organizzata mill-MNPN flimkien mal-preżentaturi tal-programm fuq NET Television “Iswed fuq l-Abjad”.

Lejn tmiem il-laqgħa, il-President tal-MNPN Marion Pace Asciak ippreżentat il-pubblikazzjoni tal-PIN “Conversations with 12 Maltese Artists” lill-Ambaxxatriċi, li rringrazzjat u faħħret lill-Moviment għas-sehem tiegħu fix-xena politika.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono.