Mara ta’ 34 sena ttieħdet l-isptar għall-kura wara li dalgħodu għall-ħabta tal-10:15 kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema.
Jirriżulta li l-inċident seħħ bejn tliet karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 24 sena mill-Imsida, karozza misjuqa minn mara ta’ 34 sena miż-Żejtun u Land Rover misjuq minn Franċiża ta’ 35 sena.
Kawża tal-impatt, il-mara ta’ 34 sena sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura. Hi kienet iċċertifikata li sofriet minn feriti ħfief.
Għal xi ħin it-triq inagħalqetgħat-traffiku.
//= $special ?>