Il-Pulizija f’Sydney fl-Awstralja, sparaw fuq raġel armat b’sikkina li kien f’ċentru kummerċjali. L-isparatura seħħet meta r-raġel, li għandu 23 sena, ikkonfronta lill-pulizija bis-sikkina u spiċċa midrub minn tiri li huma sparaw lejh.
Fl-inċident spiċċaw feruti wkoll tliet nisa anzjani li ntlaqtu minn biċċiet tal-balal. Huma jinsabu l-isptar f’kundizzjoni stabbli.
L-aggressur jidher li hu ‘persuna magħrufa mal-pulizija’.
L-isparatura seħħet f’suq għall-ikel organiku barra l-Westfield Shopping Centre ta’ Hornsby, fit-Tramuntana ta’ Sydney.
Sparatura f’Sydney
