Tensjoni f’Iżrael wara l-attakk terroristiku ta’ nhar l-Erbgħa filgħaxija f’Tel Aviv.
Attakk li ħalla erba’ persuni mejta wara li terroristi fetħu n-nar f’kumpless kummerċjali. Fost l-ewwel reazzjonijiet għal dan l-attakk, il-Gvern Iżraeljan sospenda l-permess ta’ dħul għal 83,000 Palestinjan. L-attakk twettaq minn żewġ Palestinjani li kienu arrestati mill-Pulizija. Is-suspetti huma li l-Ħamas għandu x’jaqsam ma’ dan l-attakk. Il-Ħamas għalkemm faħħar l-attakk, s’issa ma ħax ir-respionsabbilta tiegħu
Tensjoni f’Iżrael
