Ftit tal-ħin ilu tħabbar li t-tigrija tal-ħnieżer li kienet se ssir bħala ġbir ta’ fondi b’risq Dar Nazzareth, tħassret.
Dan sar wara li l-bord tal-Fondazzjoni Nazzareth iddeċieda li din l-attivita’ m’għandhiex issir.
F’post fuq facebook, Mario Galea il-kelliem għad-drittijiet tal-annimali qal li b’din id-deċiżjoni “rebaħ is-sens kommun u rebħu l-annimali”.
Madanakollu l-attivita’ “Bacon Festival” se ssir xorta waħda kif pjanat fid-9 ta’ Lulju li ġej fiż-Żejtun.