Ritratti : Martin Agius
Dalgħodu kienu arrestati żewġ sidien ta’ scrapyard wara li l-Awtorita’ tal-Ippjanar bdiet twettaq azzjoni ta’ infurzar biex tneħħi tunnellati ta’ materjal f’żewġ ‘scrapyards’ illegali fiż-żona ODZ magħrufa bħala Ta’ Ħarbat fid-daħla ta’ Birżebbuġa f’sit meqjusa bħala ta’ importanza arkeoloġika.
Hekk kif beda x-xogħol il-Pulizija arrestaw liż-żewġ sidien, waqt li l-qraba allegaw li f’dan il-mument ntużat xi vjolenza mill-Pulizija fuq iż-żewġ persuni arrestati.
L-awtorita’ qalet li din l-azzjoni diġa kienu saru tentattivi biex titwettaq, iżda l-awtorita’ twaqqfet kemm-il darba mill-Qorti.
Fuq il-post hemm diversi inġenji mit-taqsima tax-xogħlijiet li bdew joħorġu numri ta’ karozzi mill-iscrapyard, kif ukoll Pulizija, uffiċjali tal-pIppjanar u Transport Malta fost oħrajn.