Internazzjonali

Appoġġ uffiċjali ta’ Obama lil Hillary Clinton

Il-President tal-Istati Uniti, Barack Obama, jemmen li l-eks-Segretarju tal-Istat Amerikan, Hillary Clinton, tista’ tkun ‘l-aktar persuna li qatt kienet kwalifikata’ biex tassumi responsabbiltà għat-tmexxija tal-pajjiż.
Dan wara li Obama ikkonferma l-appoġġ uffiċjali tiegħu għal Clinton bħala l-kandidat tal-Partit Demokratiku li, f’Novembru, se tikkuntesta l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti kontra l-kandidat tal-Partit Repubblikan, Donald Trump. Il-konferma ta’ Obama ngħatat wara laqgħa li kellu mas-Senatur ta’ Vermont, Bernie Sanders, li ilu l-aħħar xhur jisfida lil Clinton għan-nomina tal-Partit Demokratiku.