Internazzjonali

Ċelebrazzjonijiet għal għeluq snin ir-Reġina

epa05354858 A handout photograph made availalble by the British Ministry of Defence (MOD) shows British Prince Philip (L) and Queen Elizabeth II (R) arriving to St Paul's Cathedral in London, Britain, 10 June 2016, to celebrate the National Service of Thanksgiving to mark the 90th birthday of Queen Elizabeth II. EPA/MOD / ROYAL NAVY / OWEN COOBAN / HANDOUT HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Ir-Reġina Eliżabetta II qed tiċċelebra għeluq id-90 sena tagħha b’mod uffiċjali, fost sensiela ta’ festi li huma mqassmin fuq tlett ijiem.
Għeluq snin ir-Reġina hu avveniment ta’ tliet xhur li jibda fil-jum proprju ta’ April, meta hi tagħlaq sninha. Hi tradizzjoni li l-avveniment uffiċjali, fil-każ ta’ Kap tal-Monarkija, ikun iċċelebrat f’Ġunju, meta t-temp ta’ Londra jkun aktar favorevoli.
Intant, ir-Reġina Eliżabetta u żewġha, il-Prinċep Philip, il-Ġimgħa attendew servizz ta’ radd il-ħajr f’St Paul’s Cathedral, f’Londra. Dan fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha kif ukoll għall-okkażjoni ta’ għeluq il-95 sena tad-Duka ta’ Edinburgh.
Is-Sibt, waqt l-avveniment uffiċjali ta’ għeluq snin ir-Reġina, issir il-parata tradizzjonali Trooping the Color f’Londra, fejn mistennija folol kbar ta’ Britanniċi u turisti fiż-żona tal-Palazz ta’ Buckingham. Dan meta mhix eskluża dehra tal-membri ewlenin tal-Familja Rjali fuq il-gallarija tal-palazz.
Il-Ħadd, tkun organizzata ikla, f’The Mall (quddiem il-palazz), għal mijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu għall-karità u li għaliha se jattendu wkoll il-membri tal-Familja Rjali.