Sid ta’ vettura qed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku wara li lbieraħ raġel daħallu fil-karozza u seraqlu l-għodda.
Il-każ seħħ fi Triq il-Lieda, fil-Fgura, ftit biss wara s-sagħtejn ta’ waranofsinhar (14:00). Ir-raġel inqabad f’filmati ta’ kameras tas-sigurtà jippassiġġa qrib il-vettura, ra l-għodda u fetaħ il-bieba ta’ wara biex seraq dak li ra.
Ironikament, wara li ħa l-għodda, ir-raġel qatta’ xi ħinħdejn il-karozza, bil-kalma kollha. Min għandu xi informazzjoni jew għaraf lill-persuna li wettaq dan l-att, hu mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija, anke jekk b’mod kunfidenzjali.
//= $special ?>

