Ħadd ma weġġa’ f’nar li ħakem parti minn bar fi Triq San Ġorġ f’Ħal Qormi, li seħħ kmieni waranofsinhar.
Jidher li n-nar oriġina minn cooker tal-gass, li kawża tan-nirien inqered għal kollox.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’, għalkemm persuna ttieħdet l-Isptar minħabba xi duħħan li belgħet.
Fil-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li kkontrollaw in-nirien, filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>