Lokali

Il-karozza taċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona tinqered f’nar

Il-vettura taċ-Chief of Staff tal-Ministru Chris Cardona nqerdet wara li nħakmet min-nar f’każ li seħħ fi Triq l-Inġiniera, fil-Belt Valletta.

Sorsi li tkellmu ma’ The Times of Malta spjegaw li l-każ seħħ qrib Stables Bar, b’kontenitur jinstab qrib il-karozzi, li qajjem suspetti li n-nar tqabbad apposta. Il-karozza tneħħiet mill-post iktar kmieni dalgħodu.

Mario Azzopardi, sid il-vettura tat-tip Mercerdes, hu sħab fil-kummerċ mal-istess Ministru Chris Cardona. Il-każ seħħ fl-ewwel jum tal-votazzjoni għall-ħatra tad-Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista, fejn Chris Cardona qed jikkompeta ma’ Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali, fiwlaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.