Dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett irriżulta li raġel ta’ 57 sena residenti Marsaxlokk għal xi raġuni intlaqat minn vettura tat-tip Honda Civic li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 32 sena li toqgħod il-Mosta.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>