Internazzjonali

L-Ewropa tkompli tkun assedjati minn maltemp qalil

epa05341062 A vehicle of the German Federal Agency for Technical Relief (THW) is stuck after floodings in Simbach, Germany, 01 June 2016. Heavy storms and severe weather hit parts of southern Germany since 29 May causing floods and extensive damage. EPA/TOBIAS HASE

Il-maltemp qalil kompla jassedja numru ta’ pajjiżi u reġjuni tal-Ewropa anki waqt li naqas l-għargħar fi Franza u l-Ġermanja.
Fil-belt ta’ Genappe, fil-Belġju, il-maltemp wassal għal għargħar bit-tajn li mela t-toroq u wettaq ħsarat lill-karozzi. Ir-rapporti rriferew ukoll ‘għall-ħsarat ikkaġunati mis-sajjetti’ f’numru ta’ pajjiżi meta ntlemaħ anki tornado fuq il-belt Ġermaniża ta’ Hamburg.
Matul il-ġimgħa li għaddiet mietu almenu 18-il persuna fl-Ewropa, wara li ħalbiet kbar tax-xita kkaġunaw diversi inċidenzi ta’ għargħar madwar il-kontinent.
Sadattant, bdew jonqsu l-livelli tal-għargħar f’Pariġi li, fl-aħħar jiem, kienu laħqu għoli allarmanti meta l-ilma tax-Xmara Seine faqgħet l-art. Madankollu, il-mużew ta’ Louvre u diversi stazzjonijet tal-ferrovija f’Pariġi għadhom magħluqin, bir-ristoranti qrib ix-xmara jibqgħu mgħarrqin u bid-dgħajjes ma jistgħux jgħaddu minn taħt il-pont.
Il-maltemp li laqat il-Ġermanja qaċċat is-soqfa tal-bini, fost rapporti dwar kantini mgħarrqin u għexieren ta’ siġar maqlugħin mill-għeruq. Dan meta mijiet ta’ ħaddiema għall-emerġenzi kellhom iwieġbu għal aktar minn 250 inċident.