Lokali

Persuna tinqabad fil-vettura wara inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop

Mara ta’ 44 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet involta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm, fi Triq San Ġużepp f’Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ bejn karozza tat-tip Toyota, misjuqa mill-mara ta’ 44 sena minn Ħal Kirkop, u karozza tat-tip Mercedes misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Raħal Ġdid.

Jirriżulta li kawża tal-inċident, il-mara damet għal xi ħin maqbuda fil-karozza.

Fil-post issejjħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu lill-mara biex tinħareġ mill-vettura, u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa, iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt.

Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …