Lokali

Taqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari

Tfajla ta’ tnejn u għoxrin sena, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’hostel ta’ Kunvent fi Pjazza Santu Wistin, Rabat, Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ dalgħodu.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li t-tfajla li hija ta’ nazzjonalità Ġermaniża, kienet Għawdex għal btala. Hija ttieħdet b’ambulanza fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex iżda minn hemm hekk ġiet trasferita lejn l-Isptar Mater Dei.

Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Għawdex qed jinvestigaw il-każ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Coppini ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh fl-inkjesta.