Lokali

FILMAT : Jibqgħu isostnu li Konrad Mizzi kien l-aħjar għażla għall-PL

Iż-żewġ kontestanti għall-kariga ta’ Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Chis Cardona u Owen Bonnici jibqgħu jinsistu li xahrejn ilu l-Ministru Konrad Mizzi kien l-aħjar għażla għal din il-kariga.

Din id-dikjarazzjoni l-Ministri Cardona u Bonnici għamluha lbieraħ filgħaxija meta kienu qed jikkummnetaw ma’ Net TV fi tmiem l-ewwel votazzjoni għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.

Mistoqsija għaliex huma, flimkien mal-kontestant l-ieħor Stefna Zrinzo Azzopardi, ma ħassewx li kellhom jikkontestaw għal din il-kariga flimkien mal-Ministru Konrad Mizzi xahrejn ilu, il-Ministri Cardona u Bonnici qalu li xahrejn ilu kien hemm sitwazzjoni differenti li fiha huma s-sekondaw lill-Ministru Konrad Mizzi għall-kariga ta’ Deputat Mexxej Laburista.

Il-Ministru Cardona sostna li Konrad Mizzi kien irrizenja mill-kariga ta’ Deputat Mexxej waqt li Owen Bonnici sostna li Konrad Mizzi kien refa’ r-responsabbiltà. Iż-żewġ kontestanti Laburisti ma weġbux għall-kumment ta’ NET News li xahrejn ilu huma ma kkontestawx għax l-amministrazzjoni Laburista immexxijja mill-Prim Ministru Joseph Muscat riedet li Konrad Mizzi jkun Deputat Mexxej.

Accept Analitiċi cookies to view the content.