Christina Grimmie, kantanta ta’ 22 sena sfat maqtula waqt li kienet qed tiffirma lill-fans tagħha wara kunċert f’Orlando.
Fuq diversi siti internazzjonali qed jiġi rrappurtat, li waqt li Grimmie kienet qed tiffirma lill-fans tagħha , wieħed minn dawk preżenti pponta l-arma u spara fid-direzzjoni ta’ Grimmie. Ftit wara, l-istess agressur spara lejh u qatel lilu nnifsu stess.
Grimmie mietet fl-Isptar tal-lokal.
Lura fl-2014, Grimmie kienet iklassifikat fit-3 post waqt The Voice.
Permezz ta’ Twitter, il-Pulizija ta’ Orlando ħabbru li Christina Grimmie mitet minħabba l-grieħi li sofriet.
Diversi persuni, fosthom Maltin, jinsabu ixxokjati b’din l-aħbar.
//= $special ?>