Lokali

Imut il-kelb li nstab marbut u bla ilma fil-Ħamrun – azzjoni kontra sid il-kelb

Miet il-kelb li lbieraħ beda jiċċirkola ritratt tiegħu mitluq mal-art fil-Ħamrun fuq il-midja soċjali.

Il-kelb tar-razza bulldog kien mitluq mal-art bilkemm jieħu nifs wara li tħalla marbut waħdu ma’ bieb residenzjali.

Persuni li tkellmu ma dan is-sit saħqu li sabu il-kelb, marbut u kaxxa tal-ilma vojta quddiemu. L-istess persuni li sabu dan il-kelb mixħut bla nifs, għamlu li setgħu mal-kelb, fosthom, xarbulu wiċċi b’ilma frisk u ċemplu għall-għajnuna lill-Animal Welfare, iżda sfortunatament il-kelb miet ftit minuti wara waqt li kien qed jittieħed bl-ambulanza tal-annimali għand veterinarju.

F’diversi kummenti fuq Facebook, diversi persuni esprimew r-rabja tagħhom għall-sid il-kelb li ħallieh marbut u mingħajr ilma għal ħin twil.

Sadanittant fi stqarrija tal-Gvern ntqal li d-Dipartiment se jkun qed jieħu passi legali fil-konfront ta’ sid il-kelb fi-jiem li ġejjin, wara li jitlesta rapport tal-awtopsja minn veterinarju.

Ritratti: Animal Welfare