Lokali

Jaqa’ ġo wied bil-karozza f’ Ħal Qormi

Ritratt: Arkivji

Sewwieq ta’ karozza ġarrab ġrieħi ħfief wara li waqa’ minn fuq pont bil-karozza għal ġo wied.

L-inċident seħħ fis-7.00 ta’ filgħodu minn fuq il-pont ta’ Ħal Qormi, għall-Wied il-Kbir magħruf bħala taċ-Ċawsli.

Fuq il-post waslu il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħarġu lir-raġel mill-karozza.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.