Lokali Unjoni Ewropea

Jeħtieġ pjan quddiem l-immigrazzjoni – Therese Comodini Cachia

L-Ewropa u Malta għandhom ikunu mħejjijin quddiem il-problema tal-immigrazzjoni, mhux biss meta jkun hemm kriżi, iżda bi strateġija.

Dan sostnietu l-ewroparlamentari tal-Partit Nazzjonalista Therse Comodini Cahia meta kienet intervistata f’attivita dwar it-tieni sena ħidma tagħha fil-parlament Ewopew.

Comodini Cachia tkellmet dwar l-importanza li jkun hemm bilanċ bejn id-drittijiet taċ-ċittadini u l-poter. Hi semmiet il-ħidma li hi wettqet biex ikun hemm salvawgardja tad-dritt tal-espressjoni ta’ kull votant li jmur jivvota u l-mod kif kienet impenjata biex tressaq iktar il-Parlament Ewropew lejn in-nies. Dan għaliex fir-realta’ 80 fil-mija tal-leġiżlazzjoni fil-parlament Ewopew teffettwa lil Malta.

Dan minbarra li l-parlament Ewopej jeffettwa lil Malta anki fuq livell ordinarju fosthom fil-kwistjoni dwar it-tanker tal-gass li l-Gvern Laburista qed jippjana li jitpoġġa fil-port ta’ Marsalxokk. Dwar dan hemm direttivi tal-Unjoni Ewropea li jipproteġu liċ-ċittadini Maltin.

L-Erwoparlamentari Comodini Cachia semmiet l-iskandlu tal-Panama u qalet li dan ikkaġuna ħsara kbira lil Malta bl-involviment tal-Ministru Konrad Mizzi. Hi enfażizzat li ħadd m’għandu jaħrab mil-liġi quddiem dawn l-iskandli.
Dwar it-tassazzjoni, Therse Comodini Cahia qalet li hu importanti li Malta tibqa’ ħielsa fis-sistemi ta’ tassazzjoni li għandha taddotta minħbba li s-suq ta’ Malta hu wieħed insulari.

Meta tkellmet dwar l-immigrazzjoni, Therese Comodini Cachia semmiet il-każ ta’ ċittadini Ċiniżi li kienu qed jaħdmu Malta b’kundizzjonijiet prekarji u qalet li Malta għandha tkun lesta biex tirrispondi għall-problema tal-immigrazzjoni mhux biss meta jkun hemm kriżi.