Trakk tar-ready-mix inħakem min-nirien fin-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu fi Triq tal-Balal fin-Naxxar.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu dan is-sit jidher li t-trakk tar-ready-mix li kien mimli bid-diesel inħakem min-nirien qawwija.
Fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, membri mill-Korp tal-Pulizija kif ukoll ambulanza.
Fortunatament ix-xuffier ma ġarrab l-ebda ġrieħi, iżda qiegħed isfori minn xokk qawwi.
Bħalissa it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
//= $special ?>