Internazzjonali

L-ISIS tirtira minn Sirte

Jidher li l-ISIS qed jirtiraw minn Sirte, l-akbar belt li kellhom f’idejhom fil-Libja u li kienet il-bażi ewlenija tagħhom fil-pajjiż. Dan wara offensiva kbira mill-forzi alleati mal-Gvern ta’ għaqda nazzjonali.
Sorsi fil-Libja qalu li l-militanti Iżlamiċi issa qed iqaxru d-daqna li kellhom biex jitħaltu mal-popop;azzjoni u jaħarbu.
Sirte spiċċat inħelset mill-ISIS wara biss tliet ijiem ta’ ġlied qalil. Salbieraħ kien għadd hemm ġlied fil-qalba tal-belt imma dan kien kontra gruppġi żgħar ta’ ġellieda. L-għaġġla li biha ttieħed il-kontroll ta’ Sirte kixef li l-ISIS fil-Libja ma kienux b’saħħiethom daqs kemm kien qed jintqal imma mhux qed ikun eskluż li l-irtirata tal-ISIS minn Sirte hi mossa tattika.
Iżda Rida Issa, kelliem għall-Qawwa tal-Baħar Libjana, qal li l-kosta kollha tul Sirte kienet taħt il-kontroll tal-forzi tal-Gvern u madwar 1,800 ġellied tal-ISIS fil-belt ma kellhom minn fejn jaħarbu bil-baħar. Kelliem ieħor qal li t-truppi tal-Gvern issa kellhom taħt il-kontroll tagħhom id-dħul u ħruġ kollu lejn Siret.