Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara inċident fil-Kalkara

Ritratt: Arkivji

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Kalkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.00 ta filgħodu fi Triq il-Missjoni Taljana fil-Kalkara.

Mill-ewwel stħarriġ jidher li seħħ impatt bejn il-mutur tat-Triumph misjuq minn raġel ta’ 30 sena u vettura tat-tip Ford Ka misjuqa minn tfajla ta’ 24 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti l-Kalkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fej ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Bormla għadhom għaddejjin.