Skont ċifri maħruġa mill-uffiċju tal-istatistika Taljana, l-Istat, sal-31 ta’ Diċembru tal-2015, fl-Italja kien hemm igħixu 60 miljun u 665,551 persuna li minnhom aktar minn ħames miljuni kienu barranin.
L-Istat qalet li tul l-2015 għall-ewwel darba f’90 sena kien reġistrat tnaqqis fil-popolazzjoni Taljana fejn naqsu 141,777 ċittadin Taljan, filwaqt li dik tal-barranin reġistrat żieda ta’ 11,716 persuna.
Jirriżulta li fl-Italja hemm preżenti madwar 200 nazzjonalita differenti b’aktar minn 50 fil-mija ġejjin minn pajjiżi Ewropea u l-maġġoranza huma Rumeni li jammontaw għal 22.9 fil-mija tal-barranin preżenti fl-Italja.
Wara, bħala l-akbar preżenza ta’ barranin hemm l-Albaniżi li skont l-Istat jammontaw għal 9.3 fil-mija.
Jirriżulta wkoll li t-twelid ta’ ċittadini Taljani qed ikompli jonqos – pass li beda fl-2008 u kompla hekk s’issa. It-twelid li kien hemm fl-Italja fl-2015 kien ta’ anqas minn nofs miljun u minnhom madwar 72,000 kien twelid lil ċittadini barranin. L-imwiet min-naħa l-oħra kienu ta’ aktar minn 647,000 persuna – kważi 50 fil-mija aktar milli fl-2014 – bl-akbar rata tkun reġistrata f’Lulju meta kien hemm sħana kbira fil-pajjiż.
Miċ-ċifri tal-Istat jirriżulta wkoll li l-eta medja fl-Italja hi ta’ 44.7 fil-mija.
Tonqos għall-ewwel darba f’90 sena l-popolazzjoni Taljana
