Lokali

Ċiklist iweġġa’ f’inċident tat-traffiku

Ritratt: Arkivji

Għall-ħabta tas-siegħa u nofs , il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Qadi, iż-Żejtun.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ċiklist ta’ 41 sena, residenti l-Kalkara kien intlaqat minn vettura tat-tip Fiat Punto, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 56 sena, residenti ż-Żejtun.

Fuq il-post issejjħet ambulanza u team mediku li ħadu liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun għadhom għaddejjin.