L-artiklu li deher fil-gazzetta tal-Partit Laburista ‘il-Kulħadd’, u rrepetut kelma b’kelma mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, m’hu xejn ħlief attentat iddisprat biex jeqleb il-verità rasha ‘l isfel.
Fi stqarrija s-shadow Minister Claudio Grech qal li hija gidba sfaċċata li pprova jsikket whistleblower. Grech qal li l-fatti juru li mhux talli ma pprova jsikket lil ħadd, iżda talli dejjem ħeġġeġ lil kull min kellu l-iċken ħjiel ta’ irregolarità biex imur fl-uniku post fejn għandu jmur, jiġifieri direttament għand il-Kummissarju tal-Pulizija.
Għaldaqstant, Claudio Grech ħababr li se jiftaħ proċeduri ta’ libell fil-Qorti kontra l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat u kontra l-gazzetta tal-Partit Laburista ‘il-Kulħadd’, u kontra kull min qiegħed jiprova jaqleb il-verità tal-fatti rasha ‘l isfel.
//= $special ?>