Lokali

Filmat: Jisraq il-bozoz mil-parapetti tan-nies

Rabja fost residenti tas-Swieqi wara li fl-aħħar jiem raġel deher idur ir-residenzi privati jisraq il-bozoz li l-istess residenti kellhom fil-parapetti tagħhom.

F’każ minnhom, li seħħ ftit qabel is-siegħa ta’ dalgħodu,ir-raġel jidher jaqla’ bozza minn postha, imbagħad idur għan-naħa l-oħra fejn qala’ wkoll il-bozza li kien hemm biex ħalla r-residenza fi dlam ċappa.

Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija, li qed jinvestigaw il-filmati. hu mitlub li min għandu xi informazzjoni, jew għaraf lir-raġel, jagħmel rapport lill-Pulizija, anke jekk b’mod kunfidenzjali.