Internazzjonali

Kritika għal gazzetta Taljana li qassmet kopji ta’ Mein Kampf

Il-gazzetta Taljana Il Giornale qed tiffaċċja kritika talli offriet kopji annotati b’xejn tal-awtobiografija Mein Kampf li kiteb l-eksdittatur Nażista, Adolf Hitler.

L-awtobiografija tiddettalja l-ideoloġija politika u l-pjani ta’ Hitler għal Ġermanja Nażista, tmien snin qabel hu kiseb il-poter. Mein Kampf iwassal ukoll manifest qawwi anti-Semitiku, bil-kopji tiegħu issa jkunu offruti ma’ wieħed mis-supplimenti ta’ Il Giornale.

Il-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, fisser id-deċiżjoni dwar il-kopji bħala ‘waħda skwallida’, waqt li imkejjen oħra kkritikaw il-gazzetta u ‘din il-promozzjoni diskutibbli biex iżżid il-bejgħ’.

Kelliema għal Il Giornale, mill-banda l-oħra, qalu li dan il-pass ‘għandu jservi biex jeduka lill-qarrejja dwar il-ħażen tan-Nażiżmu’.